Termini u Kundizzjonijiet
Data ta' kitba: Jannar, 2024
Dan is-sit huwa proprjetà tal-Beżżul Bieżel. Kull informazzjoni, materjal, disinn tas-sit, grafika, illustrazzjonijiet, ritratti u filmati, u kull kontenut ieħor li jista’ jkun fih is-sit, huwa proprjetà tal-Beżżul Bieżel sakemm ma jkunx imniżżel mod ieħor fuq is-sit, u għaldaqstant hu kollu protett mil-liġijiet tal-ħarsien tad-drittijiet tal-awtur.
Il-kontenut suċitat ma jistax jitniżżel, jiġi kkupjat, riprodott, ri-ppubblikat, imtella’ online, trażmess, miżmum, mibjugħ jew distribwit mingħajr ma qabel wieħed iġib il-permess bil-miktub ta’ sid id-drittijiet tal-awtur. Dan jeskludi t-tniżżil ta’ kopja waħda, għal użu personali u non-kummerċjali biss, sakemm jinżammu d-drittijiet tal-awtur kollha. Il-kontenut suċitat ma jistax jiġi modifikat.
Biex jintużaw xi partijiet mill-kontenut, u biex jintużaw kwotazzjonijiet/siltiet minn xi gazzetti ppubblikati mill-Beżżul Bieżel, wieħed għandu jagħmel talba f’dan is-sens lil Beżżul Bieżel.
Links għal siti ta’ terzi, qegħdin hawn biss bħala servizz għal min juża dan is-sit, u għaldaqstant ma jimplikaw ebda assoċjazzjoni jew aċċettazzjoni tal-kontenut ta’ dawn is-siti mill-Beżżul Bieżel.
Filwaqt li jsir kull sforz biex prezzijiet u dettalji oħra marbuta mal-prodotti msemmija f’dan is-sit, ikunu korretti u aġġornati, mhu’ qed issir ebda garanzija li l-informazzjoni tista’ tinbidel minn mument għal ieħor.
Bħala gazzetta ‘Il-Beżżul Bieżel’ ma qed tagħmel ebda garanziji għal ebda parti mill-kontenut ta’ fuq dan is-sit.
Filwaqt li jsir kull sforz biex il-materjal fuq dan is-sit ma jkollu ebda virus, il-Beżżul Bieżel mhix f’pożizzjoni li tagħti garanziji f’dan is-sens, u ma tassumi ebda responsabbiltà għall-possibilta tal-preżenza tagħhom.