Termini tar-Ritorn
Data ta' kitba: Jannar, 2024
It-termini t'hawn taħt huma applikabbli għall-prodotti mibugħin minn Beżżul Bieżel fil-ħwienet kif ukoll onlajn.
Għandek id-dritt tikkanċella ordni fl-24 siegħa li tkun ordnajt il-prodott tagħna kemm onlajn u kemm dirett mal-bejjiegħa tal-Beżżul Bieżel. Jekk trid tikkanċella, idealment tibgħatilna e-mail fuq bezzulbiezel@gmail.com b'dikjarazzjoni ċara. Il-Beżżul Bieżel mhuwiex responsabbli jekk inti ma kkanċellajtx l-ordni qabel l-24 siegħa u hu intitolat li jieħu l-ħlas kollu tal-prodott u li jwassal il-prodott hekk kif inhu indikat fuq l-ordni oriġinali.
Kull prodott mibjugħ fuq dan is-sit u fil-ħwienet ma jistax jiġi ritornat lura lil bejjiegħ sakemm m'għandux xi ħsarat bħal; prodott imqatta', prodott imkisser, prodotti neqsin. F'dan il-każ il-prodott irid jiġi dikjarat difettuż f'10 t'ijiem li ġie ordnat. Huwa importanti li l-prodott ikun għadu fil-pakkett oriġinali tiegħu.
Prodotti li jiġu ritornati difettużi skont it-termini miktubin hawn fuq ser jiġu mogħtija lura l-prezz tal-prodott mixtri.
Nirriservaw id-dritt biex nirrifjutaw ritorn ta' prodotti li ma jaqawx taħt it-termini miktubin hawn fuq.
Prodotti fuq prezz imnaqqas ma jiġux ritornati lura.
Prodotti mkissrin fil-posta mhumiex fir-responabilta tagħna.
Kuntatt
Jekk għandek xi mistoqsijiet fuq it-termini mnisslin hawn fuq ikkuntatjawna fuq bezzulbiezel@gmail.com jew hawnhekk.